Tingħalaq uffiċjalment il-power station fil-Marsa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, illum tefa' uffiċjalment  il-power station tal-Marsa li ilha topera għal dawn l-aħħar 60 sena.
Sa mis-sena 1953, il-power station tal-Marsa baqgħet tagħti s-servizz tagħha u tforni l-enerġija għal Malta.
F'ċerimonja li saret ġewwa l-bini tal-Marsa power station viċin it-turbina numru 8, il-Prim Ministru saħaq li din hija "ġurnata li fiha l-pajjiż kollu qiegħed jieħu nifs ta' arja nadifa."
Qal ukoll li l-energija ġġenerata mill-impjant il-ġdid f’Delimara se tkun irħas u li minn mażra se tgħin biex tikber l-ekonomija.
It-turbini se jibqgħu armati għal ftit taż-żmien biex jintużaw f'każ ta' emerġenza. Minkejja dan, il-Prim Ministru tenna' li dan mhux fil-pjan tal-Gvern. Saħaq ukoll fuq l-importanza li dan il-post jinbidel u jibda jattira l-investiment.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi tkellem dwar l-isfidi li kellhom jghaddu minnhom r-residenti tal-Marsa u tal-lokalitajiet tal-madwar, kif ukoll sellem lill-ħaddiema kollha li taw sehemhom biex seta' jsir dan il-pass li jintfew it-turbini kollha tal-Marsa.
Fiċ-ċerimonja tal-għeluq  tkellmu wkoll diversi ħaddiema u inġiniera li taw rakkont ta' x'għaddew minnu matul is-snin kemm kienu ilhom jaħdmu fl-impjant tal-Marsa.