Tingħalaq Triq il-Wied fl-Imsida

Triq il-Wied fl-Imsida llejla se tingħalaq għat-traffiku minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni.
Transport Malta avżat li t-triq se tkun magħluqa bejn it-8pm u l-5.30am.
It-traffiku lejn l-Imsida se jgħaddi minn Triq Mikiel Anton Vassalli.  It-traffiku minn Birkirkara lejn l-Imsida se jgħaddi mis-slip way għat-Triq Reġjonali.