Tingħalaq parti minn Xatt il-Pwales minħabba baħar qawwi

Henry Borg Barthet

Matul il-lejl li għadda, parti minn Xatt il-Pwales fix-Xemxija ingħalqet mill-Pulizija minħabba li l-baħar qawwi beda jtella’ l-ilma u ġebel fuq l-art.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-Pulizija marru fuq il-post sabiex jigwidaw lit-traffiku minn toroq oħra sakemm jikkalma l-baħar u jsir it-tindif neċessarju tat-triq. Il-kelliem spejag li bħalissa t-triq tinsab miftuħha għat-traffiku.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ mill-Grigal li se jkun qawwi għal qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq il-Gżejjer Maltin.

Posted by Rachel E Watts on Wednesday, September 26, 2018