Tingħalaq parti minn Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa

Fi stqarrija Transport Malta qalet li minħabba xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil-Marsa, parti minn Triq Diċembru 13 se tingħalaq għat-traffiku minn nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2013, sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Vetturi ħerġin mill-Belt Valletta fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar ta’ Malta, se jgħaddu minn Triq Nazzjonali u jduru fuq ix-xellug mat-traffic light junction fid-direzzjoni lejn ir-roundabout tal-Menqa u r-roundabout tas-Salib tal-Marsa.

It-trasport pubbliku se jgħaddi minn Triq Nazzjonali, Telgħet Spencer lejn ir-roundabout tal-Menqa, Triq is-Salib tal-Marsa, fid-direzzjoni lejn Triq Aldo Moro. It-traffiku fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta mhux se jiġi affetwat.