​Tingħalaq parti minn Triq Aldo Moro

Se tingħalaq parti minn Triq Aldo Moro bejn illejla u għada filgħodu.
Fi stqarrija l-Enemalta qalet li se tkun qed tagħmel xogħol ta’ kisi ġdid fil-partijiet tat-triq fejn sar it-tħaffir b’rabta mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Il-karreġġjati għall-użu ġenerali mhux se jkunu affettwati.
Madankollu, biex ix-xogħol isir b’mod sikur, se tingħalaq parti mill-karreġġjata riservata għall-vetturi tat-trasport pubbliku, fid-direzzjoni mill-Marsa lejn Raħal Ġdid, bejn it-8.30pm u s-7am.
Karozzi awtorizzati biex jużaw din il-karreġġjata se jiġu ggwidati biex isuqu fil-karreġġjati l-oħra biswit.
Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu kkordinati b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta.