Tingħalaq parti mill-ajruport ta’ Gatwick fuq suspett ta’ bomba

Wieħed mit-terminals tal-ajruport ta' Gatwick kellu jingħalaq wara li allegatament, wieħed mill-passiġġieri fl-ajruport kellu bomba fil-bagalja.
Il-passiġġier qajjem suspett wara li deher jarmi xi ħaġa fl-ajruport. Il-pulizija minnufih żammew lill-persuna waqt li evakwaw lil kulħadd mit-terminal.
Il-Pulizija Ingliża qalet li sa issa għadha ma tistax tikkonferma jekk il-pakkett suspettuż li nstab fuq il-passiġġier kienx verament bomba jew le, madankollu wara l-attakki tal-bieraħ f'Pariġi, l-awtoritajiet tal-ajruport u l-forzi tas-sigurtà derilhom li jkun aħjar jekk jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mill-bomb disposal squad waqt li bosta passiġġieri ttieħdu f'lukandi fiż-żona tal-ajruport.