Xogħlijiet fuq il-pont tal-Mistra ​waqt li hija magħluqa t-triq lejn il-Mellieħa

Transport Malta qalet li mil-lejla se tkun qed twettaq diversi xogħlijiet infrastrutturali fuq il-pont l-antik ta’ Triq il-Mistra li mix-Xemxija jagħti għall-Mellieħa.
Transport Malta qalet li dawn ix-xogħlijiet qed isiru b’mod urġenti sabiex tiġi żgurata l-istabbilità ta’ dan il-pont kif ukoll bi tħejjija għall-bini ta’ triq ġdid li se tgħaddi minn fuqu
Tħabbar li l-karreġġjata fid-direzzjoni mix-Xemxija lejn il-Mellieħa hija diġà magħluqa minħabba x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ partijiet ta’ Triq il-Pwales, fix-Xemxija.
Il-karreġġjata ta’ Triq il-Mistra, li mill-Mellieħa twassal għax-Xemxija, se tibqa’ miftuħa f’kull ħin.
Madankollu Transport Malta qed tappella lis-sewwieqa jagħżlu toroq alternattivi.
Dan sabiex dawk li jkun sejrin lejn il-Mellieħa minn San Pawl il-Baħar u x-Xemxija jużaw il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, u dawk li jkunu ġejjin miċ-Ċirkewwa lejn ix-Xemxija jużaw Triq il-Mellieħa lejn il-Manikata u Għajn Tuffieħa.