Tingħalaq iċ-Channel Tunnel wara li trakk jieħu n-nar

Passiġġiera taċ-Channel Tunnel qed jesperjenzaw dewmien kbir fis-servizz wara li kellha tingħalaq minħabba li trakk ħa n-nar f’waħda mill-mini.
Eurostar qalet li s-servizzi ta’ nhar is-Sibt kienu kkanċellati kollha u l-ferroviji irritornaw lejn l-istazzjon tagħhom.
Qalet lil dawk li biħsiebhom jużaw iċ-Channel Tannel għat-trasport biex jittardjaw il-vjaġġ tagħhom u biex ma jmorrux l-istazzjon.
Il-Pulizija ta’ Kent qalet li n-nar qabad fit-tarf ta’ mina lejn Franza u li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.