Tinġabar somma rekord waqt il-maratona għall-missjoni

Waqt 12-il siegħa maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’attività msejjħa Missio Fest, inġabret is-somma sabiħa ta’ €483,960 għal Missio Malta, l-aġenzija internazzjonali tal-missjoni tal-Knisja Kattolika f’Malta.

Robert Farrugia li huwa l-kap tal-kommunikazzjoni ta’ Missio Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li dis-sena rnexxillhom jaqbżu s-somma rekord li kienet inġabret is-sena li għaddiet. Kompla jgħid li jinsab kuntent u grat ħafna lejn dawk kollha li b’xi mod ikkontribew waqt il-maratona u spjega kif il-fondi li nġabru se jkunu qed jiffinanzjaw il-proġetti li bħala Missio Malta se jkunu qed iwettqu matul din is-sena.

Farrugia kien mistoqsi jekk il-proġetti intgħażlux jew għadhomx iridu jagħżlu bħala Missio Malta, b’Farrugia jgħid li filwaqt ċertu proġetti jintgħażlu fil-bidu tas-sena, bħalissa diversi pajjiżi jinsabu jipproponu l-proġetti tagħhom li l-Uffiċċju tal-Għaqda fil-Vatikan. Huwa spjega li l-proġetti jitpoġġew skont il-prijorità filwaqt li d-diversi aġenziji f’dan in-netwerk umbgħad jagħżlu liema proġetti jixtiequ jwettqu. Fosthom ikun hemm ukoll Missio Malta li tagħżel il-proġetti li tkun se twettaq tul din is-sena.

Farrugia kompla jgħid li s’issa Missio Malta se tkun qed twettaq proġett fil-Malawi, li ntlaqgħat minn għargħar li ħalla diversi persuni mejta filwaqt li kommunità spiċċat bla djar. Spjega kif bħala Missio Malta se jkunu qed jibnu d-djar għal din il-kommunità. Semma’ wkoll li bil-fondi li nġabru se jkunu qed jgħinu orfanatrofju fil-Malawi u ieħor fl-Indja.

Huwa sostna li bil-ġenerożità tal-Maltin il bieraħ se jkunu jistgħu jħaffru 14-il borehole f’pajjiżi differenti biex b’hekk jagħtu aċċess għall-ilma ġiri li diversi kommuntajiet.

Farrugia spjega li wieħed jista’ jgħin lil Missio Malta matul is-sena kollha. Meta mistoqsi kif wieħed jista’ jagħmel dan qal, huwa wieġeb li wieħed jista’ jżur is-sit fejn ikun jista’ jagħti donazzjoni onlajn jew inkella permezz ta’ SMS jew billi juża n-numri li ntużaw waqt il-maratona. Sostna li bil-ġenerożità tal-Maltin irnexxillhom jiġbru €1.2 miljun matul is-sena 2018. Il-fondi ntefqu fuq iktar minn 72 proġett tal-missjoni madwar id-dinja.

L-Arċisqof Charles Scicluna wkoll wassal il-messaġġ tiegħu waqt il-maratona fejn qal li jinsab kommoss bil-ġenerożità u l-entusjażmu tal-Maltin. Saħaq li jħossu kburi li diversi familji Maltin jagħżlu li jadottaw misjunarju li ġieli jsiru qassisin u saħansitra isqfijiet biex b’hekk ikomplu x-xogħol tal-Knisja.

Il-Monsinjur Scicluna wera wkoll filmat qasir tal-Papa Franġisku jirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin tal-ġenerożità tagħhom waqt il-Missio Fest.

Archbishop Charles J Scicluna message on Missio HopeMissio Fest

Archbishop Charles J Scicluna message on Missio HopeMissio Fest #wemedia

Posted by Missio Malta on Saturday, March 16, 2019