Tinġabar somma għal Puttinu waqt il-funeral ta’ Miguel

“Int tassew kont anġlu Miguel” ikkummentaw Puttinu llum fuq il-paġna tagħhom hekk kif irringrazzjaw lill-qraba ta’ Miguel Damato li ħalliena fit-12 ta’ Awwissu fl-età ta’ 9 snin. Il-funeral kien sar kważi ħmistax ilu, nhar l-14 ta’ Awissu fil-knisja parrokjali ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara

Matul il-funeral taċ-ċkejken saret ġabra b’risq Puttinu li matulha nġabret is-somma sabiħa ta’ €1,100 biex b’hekk tista’ tkompli l-ħidma tagħhom biex jgħinu aktar tfal morda bil-kanċer.

Strieħ fis-sliem!