Tinfetaħ sala oħra li ġiet rinovata das-sajf f’Monte Karmeli

DOI - Omar Camilleri

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fetaħ mill-ġdid is-Sala St Jean Antide fl-Isptar Monte Carmeli. Din hi t-tieni sala rinovata li ġiet miftuħa fl-isptar das-sajf.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li s-sala se terġa’ tibda tilqa’ fiha l-pazjenti għada wara li tlesta x-xogħol strutturali li kien qed isir fiha. Intqal li din is-sala se tilqa’ 26 mara bi problemi psikjatriċi u/jew ġerjatriċi.