Tinfetaħ investigazzjoni dwar l-inċident bl-ajruplan f’Ħal Farruġ

Għaddejja inkjesta dwar l-inċident tal-bieraħ filgħaxija meta ajruplan li nħakem mir-riħ spiċċa ħareġ fit-triq u baqa' dieħel ġo binja f'Ħal Farruġ.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Bureau of Air Accident Investigation diġà bdiet bl-investigazzjoni tagħha.
L-inċident seħħ ftit wara l-10pm f'Ħal Farruġ f'Park 4 fejn l-ajruplan privat li jidher li hu tal-għamla Dassualt Falcon 7X ħadu r-riħ.
Newsbook.com.mt hu infurmat ukoll li tim Franċiż mill-kumpanija Dassualt se jkunu Malta llum waranofsinhar biex jassessjaw il-ħsara li hemm qabel ma jiċċaqlaq l-ajruplan.
Fortunatament ħadd ma nzerta għaddej mit-triq u ħadd ma kien fil-binja.
Ara hawn ir-ritratti meħuda dalgħodu mill-fotografu ta' Newsbook.com.mt

Ritratt: Ian Noel Pace