Tinfetaħ inkjesta oħra dwar ir-raġel li għereq fir-Ramla

Andrew Jasminder Heer miet fir-Ramla f’Settembru

Beppe Galea

Read in English.

Infetħet inkjesta oħra dwar il-mewt ta’ raġel li miet fil-bajja tar-Ramla f’Settembru li għadda.

Skont rapport fis-sit tal-aħbarijiet tar-Renju Unit Daily Echo saret awtoposja fir-Renju Unit. Skont pathologist, l-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel, Andrew Jasminder Heer, miet peress li għereq fl-ilma baħar. Għandu jitħejja rapport dettaljat ‘il quddiem.

L-acting area coroner Samantha Marsh aġġornat l-inkjesta għall-4 ta’ Marzu 2020. Diġà kienet infetħet inkjesta f’Malta mmexxija mill-Maġistrat Bridgette Sultana.

Skont il-Pulizija ta’ Malta dakinhar żewġt irġiel Ingliżi ta’ 50 u 51 sena kienu qed jgħumu meta sabu ruħhom f’diffikultà. Ittelgħu l-art u ngħataw l-ewwel għajnuna minn membri tal-ERRC. Però, ir-raġel ta’ 50 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dakinhar kienu qed itiru żewġ bnadar ħomor fil-bajja li jfissru li wieħed m’għandux jinżel jgħum.

Filmat: Imut raġel fir-Ramla; ieħor l-isptar