Tinfetaħ inkjesta dwar raġel li miet billejl

CMRU

Infetħet inkjesta maġisterjali wara li raġel miet matul il-lejl li għadda.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara lbieraħ għall-10.35pm fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex. Jidher li r-raġel li għandu 39 sena u joqgħod in-Naxxar ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Ir-raġel ittieħed l-isptar imma ġie ċċertifikat mejjet.

Kien hemm għajdut li r-raġel miet wara li kien involut f’hit-and-run, però skont l-investigaturi l-ewwel indikazzjonijiet kienu li ma kienx hemm l-involviment ta’ xi karozza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. L-inkjesta maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat Charmaine Galea.