Tinfetaħ il-wirja tal-arti fil-Parlament b’risq id-Dar tal-Providenza

​Bosta attivitajiet għall-karità qed jiġu organizzati f’dan iż-żmien ta’ festi. Illbieraħ stess infetħet uffiċjalment il-wirja tal-arti fl-intrata tal-Parlament, b’risq id-Dar tal-Providenza.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispiker Anġlu Farruġia sellem il-memorja ta’ Monsinjur Mikiel Azzopardi, li fl-1965 waqqaf id-Dar tal-Providenza.
Huwa qal li permezz tal-Monsinjur, il-poplu Malti u Għawdxi nissel imħabba lejn persuni morda u diżabbli. Huwa rringrazzja lill-artisti Maltin, Għawdxin u oħrajn li taw l-opri tal-arti li qed jiġu eżibiti.
Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku sal-Ħamis, 28 ta’ Diċembru bejn id-9am u l-5pm.
Ritratti: DOI – Jason Borg