Tinfetaħ il-Fiera Annwali tal-MFCC

DOI: Omar Camilleri

Read in English.

Ġiet inawgurata l-61 edizzjoni tal-MFCC Malta Trade Fair f’Ta’ Qali li fiha qed jipparteċipaw aktar minn 200 esebitur.

F’din l-inawgurazzjoni, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stieden lin-negozjanti biex jieħdu inizjattivi li permezz tagħhom iroddu proġetti ta’ fejda lura lis-soċjetà fil-forma ta’ public social partnerships. Ġab eżempju b’kif il-Gvern għandu inizjattivi simili ma’ diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi, partikolarment fejn jidħol il-qasam tas-saħħa.

Il-Fiera tal-MFCC se tkun miftuħa kuljum bejn is-18:30 u l-23:00 u se ddum għaddejja sat-8 ta’ Lulju.