Filmat: Jaħslu l-karozzi b’xejn fil-Marsa; tinfaqa’ kanna tal-ilma

Il-karozzi li kienu għaddejja minn Triq Aldo Moro fil-Marsa spiċċaw ħaslu l-karozza b’xejn wara li nfaqa’ pajp tal-ilma li spara għal fuq il-karozzi għaddejja mit-triq.

Skont il-paġna ta’ Facebook, Maltese Road Traffic Updates jidher li kawża tal-ilma inħoloq traffiku kbir fiż-żewġ direzzjonijiet.

Min-naħa tagħha, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi stqarrija ħabbret li l-ħsara saret f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-Marsa. Sostniet li l-ħaddiema għamlu minn kollox sabiex jillimitaw l-inkonvenjent lill-pubbliku.

Għaldaqstant ikkonfermaw li r-residenti fiż-żona ċentrali ta’ Malta esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma għal xi ħin.

F’waħda mill-isforzi, kif jidher fil-filmat, biex iwaqqfu s-saħħa li biha kien ħiereġ l-ilma, il-ħaddiema poġġew gaffa fuq il-post fejn saret il-ħsara lill-pajp.