Tined tal-kartun b’xejn biex jorqdu fihom fi Brussell

Persuni mingħajr saqaf fuq rashom fi Brussell qed jingħataw tined tal-kartun b’xejn biex ikunu jistgħu jorqdu fihom.
Dawn it-tined tal-kartun jistgħu jinġarru mill-persuni fuq daharhom waqt li jkunu qed ifittxu kenn għal matul il-lejl.
Fi Brussell, persuni bla dar li jorqdu f'tinda normali ikunu mġiegħla jiċċaqalqu mill-Pulizija. Issa ntlaħaq ftehim biex il-Pulizija jħallu lil persuni taħt dawn it-tined tal-kartun.
Il-moħħ wara dan il-proġett hu li jipprovdi spazju komdu fejn jorqdu lill-persuni bla djar. Il-kartun ingħata b’xejn minn fabbrika u qed jintramaw mill-ħabsin.
Fi Brussell hemm mal-2,600 persuna bla saqaf fuq rashom.