Tined ta’ stabbilimenti fil-Belt Valletta jitneħħew mill-PA

Credit: Planning Authority

L-Awtorità tal-Ippjanar neħħiet strutturi ta’ tined li ttellgħu illegalment quddiem tliet stabbilimenti fil-Belt Valletta. 

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li t-tined li twaqqfu fil-pjazza ta’ quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, kienu qed ikerrhu l-ambjent tal-madwar. Spjegat li uffiċjali tal-infurzar tawhom ultimatum qabel ma wettqu l-azzjoni diretta. 

Aktar kmieni din is-sena, it-tliet stabbilimenti kollha ġew amministrati b’avviż ta’ infurzar u multa ta’ kuljum talli waqqfu strutturi illegali barra l-ħwienet tal-ikel rispettivi tagħhom u talli żiedu l-imwejjed u s-siġġijiet iktar minn dak permessibli.

L-Awtorità tal-Ippjanar saħqet li se tkompli tissorvelja s-siti biex tiżgura konformità mal-liġi.