Tindarab gravi wara li waqgħu fuqha folji tal-gypsum

Malta Police Force

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħu fuqha ammont ta’ folji ta’ gypsum boards f’residenza f’Marsaskala.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm fi Triq il-Granmastri fejn il-mara ta’ 46 sena residenti Marsaskala marret tressaq xi folji ta’ gypsum boards u waqgħu fuqha.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna.

Aktar tard hija ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar assistenza medika fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.