Tinda għall-ħaddiema tal-Gozo Channel

Il-ħaddiema tal-Gozo Channel dalwaqt se jkollhom tinda fejn jistkennu.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet dan fil-Parlament meta mistoqsija mid-deputat David Stellini dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jkunu esposti għall-elementi kollha tat-temp.
Caruana qalet li hemm il-ħsieb li t-tinda fil-Marshalling Area ssir wara li jintemm il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-PSO.
Fil-mistoqsija tiegħu, Stellini staqsa jekk hemmx il-ħsieb li tinbena tinda għall-ħaddiema kemm fl-Imġarr, Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, li jaħdmu l-ġurnata kollha esposti għall-elementi kollha tat-temp bħalma nbniet tinda għaż-żwiemel fil-belt u f’postijiet oħra.
Ritratt: Anthony Grech