Tinbiegħ vetrina b’dokumenti sigrieti fl-Awstralja

Dokumenti sigrieti tal-Gvern Awstraljan ġew f’idejn il-midja wara li tħallew ġo vetrina li nbiegħet minn ħanut fl-Awstralja.
Fid-dokumenti kien hemm bosta allegazzjonijiet li jinkludu li:

  • Il-Pulizija Awstraljana tilfet madwar 400 fajl tas-sigurtà nazzjonali fl-aħħar ħames snin.
  • Fi żmien meta Tony Abott kien Prim Ministru, il-Gvern kien ikkonsidra jiċħad l-għajnuna soċjali lin-nies taħt it-30 sena.
  • Kemm l-eksprimministri Kevin Rudd u Julia Gillard kienu mgħarrfa bir-riskji tal-iskema tal-insulazzjoni fid-djar qabel ma’ mietu erba’ persuni kawża tal-istess skema.
  • L-Amministrazzjoni tal-eksprimministru John Howard iddiskutiet li tneħħi d-dritt tas-silenzju meta pulizija jkun qed jinterroga xi persuna arrestata.

Id-Dipartiment tal-Prim Ministru u l-Kabinett Awstraljan ordnaw sabiex jiġu rritornati l-mijiet ta’ dokumenti sigrieti li jappartjenu kemm għall-governanza Awstraljana li hemm bħalissa kif ukoll għal-Gvernijiet tal-passat.
Dawn it-tip ta’ dokumenti normalment jinżammu kunfidenzjali sakemm jiġu ppublikati 20 sena wara li jkunu nkitbu.
Il-vetrina nbiegħet minn ħanut li jbigħ għamara użata mill-gvern bi prezzijiet baxxi ħafna.
Din il-vetrina partikolari nbiegħet bi prezz verament irħis hekk kif iċ-ċwievet tagħha ma setgħux jinstabu.