Tinbidel id-data tal-kunċert ta’ Michela; Artisti oħra minn X Factor se jkunu wkoll fuq il-palk

Ritratt: Albert Camilleri

Id-data tal-kunċert ta’ Michela nbidlet għall-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju flok għada l-Ħamis 6 ta’ Ġunju.

Il-kunċert se jsir fi Pjazza Tritoni u jibda fit-8pm. Dan il-kunċert huwa b’xejn u miftuħ għal kulħadd.

Ritratt: Facebook

Michela, li rajniha tikklassifika fl-14-il pożizzjoni fil-finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest mhux se tkun weħidha fuq il-palk u fost dawk li mistennija jagħtu sehemhom hemm Owen Luellen, Nicole Frendo, Ben Purple, Petra, Luke Chappel u 4th Line li wkoll kienu parti mill-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta.

Mhux se jonqsu l-viżwali mill-aqwa, żeffiena, korjografiji spettaklolari u l-aqwa talent Malti.

Dan il-kunċert se jkun qed jitwassal mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali flimkien ma’ Television Malta u Vodafone, biex jikkomemoraw l-ewwel ċentinarju tal-avvenimenti tas-Sette Giugno.