​Timsaħ id-demm fl-art wara li qatlulha lil binha

Omm żagħżugħ ta’ 17-il sena li nqatel fi sparaturi f’Londra, intlemħet timsaħ id-demm ta’ binha minn mal-art. Id-demm kien għadu ma telaqx wara jumejn.
F’filmat ta’ qsim il-qalb imxandar fuq il-midja Ingliża, Pretana Morgan flimkien ma’ mara oħra, tidher tnaddaf il-bankina wara li binha Rhyheim Barton, kien it-63 vittma ta’ qtil f’Londra din is-sena.
Barton inqatel f’Kennington fin-Nofsinhar tal-Belt Ingliża nhar is-Sibt li għadda.
Omm Rhyheim appellat biex binha jkun l-aħħar wieħed li jgħaddi minn dan kollu.
Saħqet li din mhix kwistjoni ta’ razza, nazzjon, jew kultura. Irrimarka li r-razza tal-bnedmin hija waħda.
L-omm imbikkma kompliet tgħid li binha ma kienx fi grupp ta’ delinkwenti u kien qed jipporva jagħmel differenza billi jitgħallem jaħdem mat-tfal.
Inqas minn 24 siegħa wara t-traġedja, żewġt itfal oħra – ta’ 13 u 15-il sena ntlaqtu minn tiri fid-dawl tax-xemx.