Timmermans iwieġeb lil Gomes f’ittra dwar Malta

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans qal li fejn ikun il-kompetenza tal-Kummissjoni din se tieħu passi dwar ir-rispett lejn il-liġi (saltna tad-dritt) u l-ħasil tal-flus f’Malta.

Timmermans qal dan fi tweġiba għall-ittra tal-Ewroparlamentari Ana Gomes, dwar ir-rivelazzjonijiet ta’ The Daphne Project.

Huwa żied jgħid li l-Kummissjoni fil-fatt qed issegwi s-sitwazzjoni f’Malta b’reqqa u skrutinju minkejja dak li kitbet Gomes fl-ittra tagħha fejn allegat li l-Kummissjoni qed ikun passiva quddiem dawn l-allegazzjonijiet.

Dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Timmermans qal li l-Kummissjoni ma tirrikonoxxix u ma tapprovax dawn l-iskemi anke jekk ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE).

Fil-każ tal-iSLAPP Timmermans qal li fit-Trattati m’hemm l-ebda dispożizzjoni li tippermetti kompetenza speċifika li tarmonizza liġijiet ta’ defamazzjoni bil-ħsieb li telimina l-iSLAPP.