Timmaġinak tiekol pizza ta’ 32 pulzier għal €500?

Ħanut tal-pizza ġewwa Dublin qed joffri €500 lil min jirnexxielu jiekol pizza ta’ 32 pulzier waħdu f’darba. S’issa għadu ħadd ma rnexxielu jegħleb din l-isfida.

Sid il-ħanut jemmen li ħadd mhu se jirnexxielu jiekol din il-pizza u qal li s’issa pruvaw din l-isfida madwar mitt persuna.

Ġurnlist minn Dublin Live niżżel ismu mal-persuni li ma rnexxielhomx itemmu din l-isfida hekk kif f’ 35 minuta irnexxielu jiekol biss tliet biċċiet.

Min jirnexxielu jtemm din l-isfida apparti l-premju, ismu jkun imnaqqax fuq il-ħajt tal-ħanut