Timmaġinak issiefer ma’ xi ħadd li ma tafux?

Facebook - Vacation Pursuit

Żewġ persuni minn żewġt ibliet differenti fl-Istati Uniti ddeċidew li jsiefru minkejja li ħadd ma ried isifer magħhom. Wara messaġġ fuq grupp ta’ Facebook, iddeċidew li jsiefru flimkien mingħajr ma kienu jafu lil xulxin.

Josiah Burton għandu 32 sena mill-istat ta’ Iowa u Theresa Rocca minn Denver f’intervista ma’ CNN spjegaw kif bdiet din l-avventura. Josiah kien sejjer il-Ġappun iżda bħalissa ċittadini Amerikani ma jistgħix jidħlu f’dan il-pajjiż għalhekk beda jfittex pajjiżi fejn ċittadini Amerikani jistgħu jmorru. Mit-tfittxija li għamel sab li t-Turkija ma kellux għalfejn jagħmel swab test biex isiefer u ddeċieda li jmur hemm.

Huwa ma xtaqx isiefer waħdu għalhekk kiteb fuq paġna ta’ Facebook isaqsi jekk hemmx xi ħadd jixtieq isiefer miegħu. Rocca weġbitu u saqsietu għal iktar informazzjoni. Sa siegħa wara Rocca qaltlu li qatghet il-biljetti. Sakemm wasal iż-żmien huwa tkellmu fuq il-mezzi soċjali biex jaqtgħu il-biljetti tal-lukandi u postijiet li riedu jmorru jaraw.

Huma ftehmu li jiltaqgħu fl-Ajruport ta’ Chicago u minn hemm bdiet l-avventura tagħhom. Fil-lukandi huma bbukkjaw kmamar separati sabiex ikollhom il-privatezza li xtaqu. Kif waslu t-Turkija huma marru dawra sabiex jaraw il-viċinanzi u jaraw il-postijiet li kellhom imorru fihom fil-ġranet ta’ wara.

Din il-vaganza ġiet tiswihom madwar $1,000 u marru f’diversi lukandi lussużi u siefru wkoll business class.

Wara din is-safra flimkien, kemm Rocca kif ukoll Burton jixtiequ jerġgħu jiltaqgħu u jippjanaw safar ieħor flimkien. Temmew li issa huma m’għadhomx stranġieri għal xulxin imma saru ħbieb.