Read in English.
Fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni tal-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma, il-Maltapost se tkun qiegħda tuża timbru speċjali fil-Fergħa Postali tagħha fir-Rabat Għawdex.
Fi stqarrija l-Maltapost qalet li dan it-timbru se jkun qiegħed jintuża hekk kif il-Ġimgħa li ġej Mons. Teuma se jkun qiegħed jiġi kkonsagrat Isqof fir-Rotunda ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.
Il-MaltaPost qalet li kull min jixtieq jista’ jordna dan it-timbru speċjali mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq www.maltaphilately.com jew permezz tat-telefon 2596 1740 jew email info@maltaphilately.com.