Timbru speċjali mill-Maltapost li juri l-Bażilika tax-Xagħra

Il-Maltapost qalet li nhar it-Tlieta 29 ta’ Awwissu se jinħareġ timbru speċjali li jfakkar il-50 sena minn meta x-Xagħra giet iddikjarata bħala bażilika.
Dan it-timbru se jingħata mill-Fergħa Postali tax-Xagħra u jista’ jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq www.maltaphilately.com