​Tim tal-futbol jgħin koppja maqbuda taħt karozza

Tim tal-futbol Amerikan, Black Knights, waqaf jgħin lil koppja anżjana toħroġ minn taħt SUV.
It-tim ta’ 13-il żagħżugħ kien fi triqtu lura d-dar wara li rebaħ turnament.
Wara li għenu lir-raġel joħroġ mill-karozza, wieħed miż-żgħażagħ, uża sikkina biex jaqta’ ċ-ċintorin li minħabba fih, il-mara ma setgħetx tiċċaqlaq.
B’ħafna sforz, ilkoll flimkien għollew il-karozza sabiex il-mara tkun tista’ toħroġ ukoll.
Il-koppja issa qiegħda tirkupra l-isptar minn xi ksur fil-kustilji.