Tim Slovakk tal-beach handball f’Malta għal kamp ta’ taħriġ

Sport Club Senec se jkunu qed jipparteċipaw fiċ-Champions Cup tal-beach handball wara li rebħu l-kampjonat Slovakk dan is-sajf. L-istess klabb rebaħ ukoll il-kampjonat tan-nisa. It-tim tan-nisa rebaħ il-kampjonat għal diversi drabi, iżda hija l-ewwel darba għat-tim tal-irġiel.

Fost il-preparamenti tagħhom, huma għażlu li jorganizzaw kamp ta’ taħriġ f’Malta. Se jkunu qed jilagħbu ukoll xi logħob ta’ ħbiberija kontra selezzjoni ta’ plejers Maltin. Għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-handball din se tkun l-ewwel darba li se jkunu qed jospitaw tim barrani tal-beach handball.

It-tim se jkun Malta bejn il-21 u t-23 ta’ Ottubru u wara se jibqgħu sejrin lejn Catania fejn se jikkompetu fiċ-Champions Cup.

Il-logħob ta’ ħbiberija se jsir nhar it-Tnejn u t-Tlieta ġewwa l-bajja ta’ Birżebbuġa. Il-logħob se jibda fis-6:00pm.