Tim Malti tal-bowling jiġi l-ewwel fl-Ingilterra

Tim tal-bowling Malti mmexxi mill-kowċ Mark Spiteri rebaħ kompetizzjoni tal-bowling fl-Ingilterra.

L-Assoċjazzjoni tat-Tenpin Bowling Ingliż organizzat l-ewwel attività tax-xorta tagħha fiċ-Ċentru tal-Bowling Margate. L-istqarrija tispjega li t-timijiet kienu komposti minn erba’ atleti u maqsuma f’erba’ kategoriji.

Il-membri tat-tim kienu Shadon Psaila, Ayrton Ciangura,  Reuben Scerri u Nicholas Muscat lagħbu fid-Diviżjoni tal-Kategorija 2.