Tim Malti għal Kampjonat tal-Bowling fi Brussell

Erba’ bowlers Maltin jinsabu fi Brussell biex jieħdu sehem f’Kampjonat Ewropew għan-Nisa. 
Il-kompetizzjonijiet bdew illum u jispiċċaw nhar is-Sibt li ġej.
It-tim Malti se jikkompeti ma’ 25 pajjiż Ewropew u 132 atleta oħrajn. 
It-tim Malti huwa ffurmat minn Tiziana Carannate, li ġġib it-titlu ta’ Sportswoman of the Year, u Sara Xuereb, Melissa Swift u Cynthia Duca, it-tlieta Youth Sportswomen of the year. Dawn se jkunu akkumpanjati mill-Maniġer tagħhom, Danial Swift. 
Din hija l-ewwel darba li Malta qed tipparteċipa b’tim f’kampjonat tal-bowling.