Tim Krul bħal Ed Warner fil-cartoon famuż Holly e Benji

Huma ħafna dawk li fi tfulithom raw b'tant għożża il-cartoon tal-attakant Oliver Hutton u l-gowlkiper Benjamin Price, fis-serje fuq l-istazzjon tat-televixin Taljan, Holly e Benji.
Dak li rajna fil-logħba bejn l-Olanda u l-Kosta Rika, meta Krul daħal minflok Cillissen fl-aħħar biex jilqa' l-penalties, jixbah lil Ed Warner gowlkiper tal-Muppet, mmexxija mil-captain Mark Landers, li daħal biex jilqa' l-penalti deċiżiv.