Tim ġdid ta’ studenti-ġurnalisti fl-Università

gurnalisti UoM

L-għaqda tal-midja studenteska Insite Malta llum kellha l-laqgħa ġenerali annwali tagħha fejn ġie deċiż it-tim il-ġdid li se jkun qed imexxi l-organizzazzjoni fis-sena skolastika li jmiss.
L-għaqda Insite ilha għal dawn l-aħħar 18-il sena tissielet sabiex twassal l-aħbarijiet lill-istudenti fi ħdan l-Università ta’ Malta u istituzzjonijiet terzjarji oħra.
Għat-terminu tal-2018/19, l-għaqda se tkun immexxija minn Michela Cutajar bħala Editriċi.
Ma’ Newsbook.com.mt, Cutajar qalet li tinsab “grata ħafna li għandi t-tim li għandi miegħi. Inħares lejn is-sena d-dieħla b’posittività għax ċerta li kollha se nagħtu li nistgħu għall-organizzazzjoni.”
Fost ix-xogħol tal-Insite fl-Università, kull min jara s-sit tagħhom jista’ jsib l-aħħar aħbarijiet dwar dak kollu li jkun għaddej fuq il-kampus, kif ukoll dwar suġġetti li b’xi mod jew ieħor jolqtu lill-istudenti.
Mathias Mallia, li serva bħala Editur fit-terminu tal-2017/18 qal dalgħodu li matul is-sena li għaddiet, Insite kienet ukoll organu importanti għal ħafna mid-diskussjonijiet b’temi soċjali fi ħdan il-Kunsill Universitarju.
It-tim il-ġdid huma magħmul minn:

  • Michela Cutajar – Editriċi
  • Dani Pala – Deputat Editriċi
  • Emma Asciak – Segretarja Ġenerali
  • Samantha Cuyle – Uffiċjal Finanzjaru
  • Sarah Cassar Dymond – Uffiċjal għall-Operazzjonijiet
  • Karl Azzopardi – Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi
  • Naomi Bugre – Uffiċjal tal-Politika Soċjali