Tilwimiet industrijali mill-GWU u l-UĦM

Il-General Workers’ Union tinsab f’tilwima industrijali ma’ Transport Malta wara li qalet li ma kien hemm l-ebda żvilupp b’rabta ma’ diskriminazzjoni fl-għoti ta’ allowances. Għal din ir-raġuni it-taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ordnat biex jidħlu fis-seħħ numru ta’ direttivi lill-imsieħba tagħha fil-Merchant Shipping Directorate u fil-Vessel Traffic Servcices.

Il-unjini qed titlob li jitwaqqaf bord indipendenti biex jibda jinvestiga dik li sejħet bħala anomalija li qed tirriżulta f’diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema.

Intant tilwima industrijali oħra hija dik reġistrata mill-UĦM Voice of the Workers dwar il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Probation.

Il-UĦM qalet li waslet għal din id-deċiżjoni wara dak li ddeskriviet bħala dewmien esaġerat min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll min-naħa tal-Industrial Relations Unit sabiex jikkonkludu d-dokument dwar il-ftehim kollettiv.

Qalet li wara li sar kull tentattiv sabiex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta madwar il-mejda tan-negozjati, jidher li l-amministrazzjoni ma ħalliet l-ebda triq oħra lil din it-Taqsima ħlief li tordna azzjonjiet industrijali.

L-azzjonijiet jinkludu li l-ħaddiema ma jużaw l-ebda tip ta’ komunikazzjoni u numru massimu ta’ każijiet li jaraw il-probation officers.