Tilwima industrijali bejn il-MAM u l-Ministeru għas-Saħħa

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija tinsab f’tilwima industrijali mal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa u l-Università minħabba l-ftehim kollettiv.
Fost it-temi għad-diżgwid, il-MAM tagħmel referenza għall-espressjoni ta’ interess għar-relief waqt ix-xifts ta’ matul il-lejl fiċ-ċentri tas-saħħa u l-ħtieġa ta’ xift addizzjonali ta’ bejn ħamsa u tmin sigħat wara x-xift tal-lejl fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.
Fi stqarrija, l-MAM qalet li hawn numru ta’ tobba u konsulenti rtirati, li għadhom ma tħallsux skont kif miftiehem fil-ftehim kollettiv.
Lanqas ma ma ħarġet is-sejħa urġenti għall-konsulenti.
Għalkemm l-istqarrija tgħid li l-MAM se tgħaddi l-lista uffiċjali tad-direttivi msejħa nhar it-Tnejn 4 ta’ Awwissu, id-diżgwid mal-Ministeru għas-Saħħa daħal fis-seħħ mil-lum.