Tiltaqa’ l-fondazzjoni Proprjetà Maltija

Iltaqgħet għall-ewwel darba l-Fondazzjoni Proprjetà Malta bejn il-Gvern u l-Malta Developers Assocation (MDA).
Il-Fondazzjoni hi magħmula minn erba’ membri nominati mill-MDA u erba’ mill-Gvern.
L-għanijiet tal-fondazzjoni huma li tipprovdi pjattaforma għall-promozzjoni tal-proprjetà kif ukoll tikkofinanzja u tagħti appoġġ lil inizjattivi ta’ promozzjoni internazzjonali mas-settur privat.
Għan ieħor huwa li tiżviluppa strateġija nazzjonali fit-tul għall-Industirja tal-bini.
Il-fondanzjoni trid tagħti gwida u assistenza lil xerrejja barranin billi toħloq back office li tirrappreżenta l-industrija.
Matul il-laqgħa ġie spjegat li l-fondazzjoni hija inkarigata tikkummissjona studji tal-industrija tal-proprjetà kemm lokali kif ukoll internazzjonali u biex tvara skemi ta’ kofinanzjament biex b’hekk kumpaniji lokali jkunu jistgħu jieħdu sehem f’fieri tal-proprjetà internazzjonali.
Ritratt: DOI: Omar Camilleri