Tilqima tal-influwenza fiż-Żejtun

Hekk kif wasal iż-żmien li wieħed jieħu t-tilqima tal-inflwuenza, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jipprovdi din it-tilqima lil nies li għandhom aktar minn 55 sena jew li għandhom mard kroniku. It-tilqima se tkun provduta mill-Kunsuill sal-aħħar ta’ Settembru.

Dawk li b’mard kroniku  li jixtiequ jieħdu din it-tilqima huma mitluba juru ċ-ċertifikat.

Għal aktar informazzjoni ċempel lill-Kunsill Lokali fuq 21663866 jew lill-Kunsilliera Joan Agius fuq 99424517.