Tilqim bla ħlas kontra l-influwenza

It-tilqim kontra l-influwenza staġjonali se jsir miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u s-Sibt 22 ta’ Novembru.
Il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali u numru ta’ tobba tal-familja ukoll qed jipparteċipaw f’din il-kampanja ta’ tilqim.
Jistgħu jieħdu t-tilqima b’xejn dawn li għandhom 55 sena jew iżjed, tfal bejn is-sitt xhur u 59 xahar, persuni li jbatu minn mard kroniku tal-qalb, tal-pulmun, tal-fwied, tal-kliewi, dijabete u problemi fis-sistema immunitarja li tinkludi l-HIV u l-AIDS.  
F’dawn il-każijiet ta’ persuni taħt il-55 sena, irid jintwera xhieda ta’ dan il-mard permezz ta’ ċertificat mediku riċenti jew il-kartuna s-safra.
Dawk li għandhom 55 sena ‘l fuq u li diġa nkitbu mal-Kunsill Lokali tagħhom jew mat-tabib tagħhom, għandhom jistennew l-avviż mill-istess Kunsill jew tabib u ma jmorrux fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
Persuni li qed jieħdu ħsieb qraba li ma jisgħux joħorġu mid-dar għandhom iċemplu l-uffiċċju tal-MMDNA fuq in-numru 21387526 mit-Tnejn sas-Sibt bejn 11:00 u 12:30pm u bejn 14:00 u 15:30 biex isiru arranġamenti li t-tilqim isir id-dar mill-infermiera tal-MMDNA.
It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa se jsir mit-Tnejn sas-Sibt bejn l-10am u 12pm.
Se jkun hemm tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, il-Furjana u Raħal Ġdid bejn is-1pm u s-7pm mit-Tnejn sas-Sibt.
Trid tintwera l-karta tal-identita’ u fil-każ ta’ tfal irid jintwera l-ktieb tat-tilqim.