​Tilgħab mal-ħajja wara ħruq minn heater tal-gass

Mara ta’ 74 sena mill-Fgura qed tissielet għal ħajjitha wara li sofriet ħruq f’partijiet minn ġisimha kawża ta’ heater tal-gass.
Kien għall-ħabta tal-4.30pm meta l-Pulizija ssejħet fi Triq il-Koppla.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.