Tilfet trofew mogħti lilha minn Fifa fuq il-ferrovija

Id-difensur Franċiża Wendie Renard qalet li t-trofew li rebħet talli kienet parti mit-tim ta’ Fifa tas-sena li għaddiet intilef. Renard insiet it-trofew fuq il-ferrovija.

Il-plejer li għandha 29 sena tfixklet fejn għamlet il-bagalja li kien fiha żewġ trofej fuq il-ferrovija li tmur minn Pariġi għal Lyon. Meta ndunat x’għamlet u daret lura għall-istazzjoni, wieħed mill-ħaddiema tal-post newlilha l-basket iżda kien hemm biss waħda mit-trofej fih.

Renard li spiċċat fis-sitt post din is-sena fit-titlu tan-Nisa tal-Ballun tad-Deheb, appellat għall-għajnuna biex forsi tinstab it-trofew.