“Tilef xogħlu fuq filmat ta’ minuta; injoraw il-kapaċitajiet tiegħu”

Il-Persuni li fetħu paġna fuq Facebook wara li tkeċċa suldat minħabba filmat li fih esprima rabja lejn il-ħela ta’ flus sostnew kif l-eks-bombardier ġie ġġudikat fuq il-minuta filmat filwaqt li kulħadd nesa s-snin ta’ dedikazzjoni li kellu għal xogħlu.

L-eks-bombardier tkeċċa minn fuq xogħlu wara li deher f’filmat li fih esprima l-frustrament tiegħu dwar xatba tal-ħadid li qal li ġiet tiswa mas-€16,000. Qal li mill-banda l-oħra, l-armata kienet tallega li ma kellhiex flus biex tixtri flokkijiet ta’ taħt u kalzetti għas-suldati. Hu deher iwassal il-punt tiegħu billi juża lingwaġġ goff.

Il-messaġġ li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook juri ritratti tar-raġel iħarreġ lis-suldati ġodda għall-parati. Sostnew li dawk li ġġudikaw lir-raġel fuq il-filmat ta’ minuta kienu ferm żbaljati f’għemilhom hekk kif huma ma kellhomx idea tal-karriera militari tiegħu. Iddeskrivewh bħala suldat kwalifikat f’bosta kriterji militari u wieħed li kien iħarreġ bosta suldati ġodda. Insistew li filwaqt li l-filmat inġibed bħala ċajta, min xerred il-filmat kien verament “irresponsabbli”.

Xi jiem ilu, il-persuni li ħolqu l-paġna staqsew għalfejn is-suldat tkeċċa qabel ma tlestiet investigazzjoni meta hemm politiċi li minkejja li jkunu qed jiġu investigati, jibqgħu fil-poter. Staqsew ukoll jekk is-suldat kellux raġun jilmenta dwar xatba bla użu peress li ftit jiem wara li beda jdur il-filmat, rapport fuq NET żvela ritratti ta’ suldati li kienu qed jibnu ħajt madwar ix-xatba.

Ex-Bombardier Schembri training younger soldiers how to march and drill for parades. Those who judged Mr. Schembri…

Posted by Solidarity with ex-soldier Godwin Schembri on Friday, November 30, 2018