Tilef postu fil-kampjonat wara li daqq mowbajl fill-folla

Irrabjat, Stuart Bingham hedded li jagħti daqqa ta’ ponn lil wieħed mis-segwaċi li kienu qed jaraw il-logħba wara li beda jdoqqlu l-mowbjal. Minħabba dan, Bingham tilef postu fil-Betway UK Championship.

L-eks rebbieħ dinji kien qed jilgħab kontra John Higgins fil-logħba tal-aħħar 16. Din kienet qed tintlagħab ġewwa York. Għalkemm kien qed jirbaħ 46-18 fid-disa’ frame, instema’ mowbajl idoqq preċiżament meta kien wasal f’punt kruċjali fil-logħba.

Iflustrat, Bingham falla milli jdaħħal il-boċċa l-ħamra u b’hekk ma rnexxilux jieħu ċ-ċans u jiftaħ vantaġġ akbar fil-logħba. Scot Higgins kompla l-frame u naddaf il-mejda.

Bingham wara l-logħba esprima d-diżappunt tiegħu. Hu stqarr li kieku l-persuna kienet qrib tiegħu fil-ħin li daqqlu l-mowbajl, kien ifajjarilhu.