Tikser il-Liġi jekk tmiss ix-xadini f’Ġibiltà!

Ritratt: Hemiltion

Jekk ifettillek tmiss xi xadina li tgħix f’Ġibiltà tkun qed tikser il-Liġi. Il-Gvern tal-post, taħt it-tmexxija Ingliża, ħareġ  din il-Liġi għax hemm il-biża’ li jekk xi turist imisshom jkun hemm il-possibbiltà li l-annimali jimirdu bil-coronavirus.

Il-Gvern ħabbar li se jieħu ‘miżuri stretti biex jara li ma jkunx hemm xi forma ta’ kuntatt max-xadini tar-razza Macaques’. Fl-imgħoddi kien hemm każi fejn ix-xadini kienu nfettati bil-Hepatitis A li ħaduha mill-bnedmin.

Issa hu permess biss li xi ħadd imisshom għal raġunijiet ta’ immaniġġjar, riċerka jew f’każi veterenarji.

Bħalissa huwa llegali li jkunu mitmugħa minn min iżur Gibiltà u min jinqabad jikser il-Liġi jeħel multi kbar.

Dawn ix-xadini ta’ dan it-tip huma l-uniċi popolazzjoni ta’ xadini slavaġ li jinsabu fl-Ewropa u bosta turisti jmorru apposta biex jarawhom. Fil-post hemm it-twemmin li jsostni li jekk ix-xadini jitilqu mill-pajjiż, Ġibiltà ma tibqax aktar taħt l-Ingliżi. Ġibiltà ilha taħt l-Ingliżi aktar minn 300 sena.