Tikolx minn dawn il-fish fingers

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku li l-fish fingers tad-ditta WaitroseFrozen m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ biċċiet kbar ta’ xewk tal-ħut, li jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jiġu kkunsmati.

Fl-istqarijja d-Direttorat qal li din l-inofrmazzjoni ġiet maħruġa wara informazzjoni li rċieva d-Direttorat stess mill-kumpanija involuta u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.