Tikolx din il-fażola għax fiha l-pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż sabiex ma tittikilx fażola tad-ditta TRS Asia’s Finest Foods peress li nstab li din fiha livelli għoljin ta’ pestiċida.

Dan skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002.

Il-pestiċida li fih il-prodott hi tat-tip Chlorpyrifos.
 
Deskrizzjoni tal-prodott:Black Eye Beans
Ditta:TRS Asia’s Finest Foods
Użin:500 gramma
Jiskadi:30/04/2022
Lott:P70463
Oriġini:Madagascar