Tikolx din iċ-ċikkulata għax jaf fiha biċċiet tal-plastik

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża biex ma tittikilx iċ-ċikkulata skura tad-ditta Conad li tiskadi fit-30 t’Ottubru tas-sena d-dieħla billi din jaf fiha xi biċċiet tal-plastik.

Dan qed isir skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002. 
Deskrizzjoni tal-prodott:Ċikkulata skura – Fondente Noir Extra (72% Kawkaw)
Ditta:Conad
Data tad-durabbiltà:30/10/2021
Numri tal-Lott:L1330004 u L1328941
Użin:100g