Tikolx dawn minħabba riskju li tifga

Il-prodott Cup Jelly tad-ditta Pipo (Lott 00003271) m’għandux jiġi kkonsmat minħabba riskju li persuna tifga.

Dan ġie mħabbar fi stqarrija mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Id-Direttorat spjega li rċieva informazzjoni permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf. Id-data tad-durabbilità tal-prodott hija BB 24/02/2021.

Għal iktar informazzjoni, tista ċċempel fuq 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew tibgħat email fuq mhi@gov.mt. Barra minn hekk, hemm Facebook page tad-Direttorat, kif ukoll sit uffiċjali li tista’ żżur għal informazzjoni simili.