Tikolx dawn ir-wraps għax jistgħu jkunu mmuffati

L-awtoritajiet qalu li hemm ċertu wraps tal-Piadina li m’għandhomx jittieklu għax jistgħu jkunu mmuffati.

Fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta’ preżenza ta’ moffa bejn folja u oħra fl-istess prodott.

Deskrizzjoni tal-prodott: Piadina Wraps, Gluten free (pakkett ta’ 6 folji)
Ditta: TerraSana
Użin: 130g
Dati tad-durabbilita’: 26/04/2020, 14/06/2020, 28/06/2020
Oriġini: Italja
Lottijiet affettwati: THT 26-4-2020, THT 14-6-2020, THT 28-6-2020

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333.